QARREJJA TAL-PROVI/EDITURI LINGWISTIĊI (AST 3) għad-Daniż, il-Kroat, il-Malti, l-Olan

 

Job Description:

QARREJJA TAL-PROVI/EDITURI LINGWISTIĊI (AST 3) għad-Daniż, il-Kroat, il-Malti, l-Olandiż, is-Sloven u l-Iżvediż

Il-karriera tiegħek. L-Unjoni Ewropea tagħna.
Il-ħiliet lingwistiċi tiegħek. Il-mod ta’ ħidma tagħna flimkien.


Għandek interess ġenwin fil-lingwi? Inti kapaċi fl-użu tal-kliem u għandek grammatika impekkabbli? Taf tajjeb ħafna l-ortografija? Tagħti każ tad-dettalji? Ħerqan biex taħdem fl-ambjent multikulturali tal-UE li jaħdem biex itejjeb il-ħajja ta’ aktar minn 500 miljun ruħ? Jekk weġibt “iva” għal dawn il-mistoqsijiet kollha, mela għandu mnejn li int lest għal karriera bħala qarrej tal-provi/editur tal-lingwa mal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu!

Li taħdem bħala qarrej tal-provi/editur tal-lingwa jitlob preċiżjoni u sens ta’ responsabbiltà. Se tkun qed taħdem f’tim sabiex tipperfezzjona u tiffinalizza l-ortografija, il-grammatika u s-sintassi ta’ varjetà ta’ testi bħal fajls leġiżlattivi, pubblikazzjonijiet u paġni ta’ siti web. Il-monitoraġġ tal-konsistenza tat-traduzzjonijiet u l-iżviluppi lingwistiċi jistgħu jkunu wkoll parti minn xogħlok.  Biex tapplika għal din il-pożizzjoni, għandu jkollok għarfien perfett tad-Daniż, tal-Kroat, tal-Malti, tal-Olandiż, tas-Sloven jew tal-Iżvediż. Barra minn hekk, irid ikollok ukoll għarfien sodisfaċenti (B2) tal-Ingliż jew tal-Franċiż. Ikollok bżonn diploma tal-edukazzjoni postsekondarja flimkien ma’ mill-anqas tliet snin esperjenza professjonali fil-qasam jew diploma ta’ edukazzjoni sekondarja li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja segwita minn minimu ta’ sitt snin esperjenza professjonali. Trid tkun ċittadin ta’ pajjiż tal-UE.

L-istituzzjonijiet tal-UE joffru pakkett ta' remunerazzjoni komprensiv u jipprovdu appoġġ u assistenza lil persunal ġdid għar-rilokazzjoni.

Jekk għandek l-isfond it-tajjeb u motivazzjoni qawwija biex taħdem mal-UE, applika issa permezz ta'
eu-careers.eu mit-28 ta' Settembru sas-7 ta' Novembru 2017 (sa 12.00, ħin ta' Brussell).

Referenza: EPSO/AST/142/17

Tista' ssegwi EU Careers fuq Facebook, Twitter, LinkedIn u YouTube.
 

Required Languages:

  • English-Fluent
  • Other-Fluent

Job Category:

  • Translation
 

Job Location:

  • Luxembourg - Luxembourg

Post Date:

  • 29/09/2017
 
×

Full name is required.

We're sorry. EU Careers wants you to fill in a standard application form on their website.

Prefer personal contact with hiring managers?

Check out all opportunities matching your multilingual profile and unlock your potential with a single click.
Find other matching jobs Register for better results

We love your feedback!

Name:
Your Email:
Subject:
Message:
 
Feedback